Lokali

Żagħżugħ mill-Maċedonja mfittex mill-Pulizija

Meħtieġ għal aktar stħarriġ dwar każ t'aggressjoni fiżika

Il-Pulizija qiegħda tfittex lil Nikola Josifov, żagħżugħ ta’ 27 sena mill-Maċedonja li possibbilment qed jgħix San Pawl il-Baħar, sabiex jgħinha f’aktar stħarriġ f’każ li jikkonċerna aggressjoni fiżika.

Dawk li għandhom xi informazzjoni dwar dan il-każ, għandhom jikkuntattjaw lill-Pulizija b’messaġġ fuq il-paġna tal-Korp fuq Facebook jew billi jċemplu fuq in-numru 119 jew 21224001 u jikkwotaw in-numru tal-każ [2/2020].

Ikkummenta