Coronavirus Edukazzjoni Lokali

Wara l-appelli tal-PN u l-unions, l-iskejjel ingħalqu kollha

Minn għada l-iskejjel kollha f’Malta u Għawdex kif ukoll iċ-childcare centres mhux se jkunu qed jiftħu. Dawn se jibqgħu magħluqin għal ġimgħa.

Għalhekk minn għada l-istituzzjonijiet edukattivi kollha se jagħlqu l-bibien tagħhom għal ġimgħa sħiħa. Iktar tard il-ġimgħa d-dieħla mbagħad titieħed deċiżjonij dwar x’għandu jsir… jekk dawn jerġgħux jiftħu jew inkella jibqgħu magħluqa għal iktar żmien.

L-attivitajiet tal-massa kollha se jkunu mwaqqfa wkoll minnufih. Il-Gvern appella wkoll sabiex it-tiġijiet jiġu posposti filwaqt li barijiet u ristoranti għalissa mhux se jingħalqu.

Fid-dawl tad-deċiżjoni mitluba mill-MUT dwar l-għeluq tal-iskejjel, l-MUT tilqa’ l-aħbar li l-iskejjel se jagħlqu minn għada b’sodisfazzjon u se tissokta bit-taħdidiet mal-gvern inkluż waqt il-laqgħa mal-Prim Ministru li ġiet skedata tard illum wara nofsinhar.