Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Fl-Italja l-każi jitilgħu għal iktar minn 15,000

In-numru tal-mejta jitla' għal 1,016... f'ġurnata waħda jmutu 189 persuna

Skont l-aħħar rapporti, il-każi ta’ coronavirus fl-Italja tela’ għal iktar minn 15,000 persuna. Dan filwaqt li matul il-ġurnata mietu 189.

Aħbar pożittiva hi li 1,258 persuna fiequ mil-Covid-19.

L-awtoritajiet Taljani qed ikomplu jappellaw biex in-nies joħorġu minn djarhom jekk tassew ikun hemm bżonn biss.