Lokali Saħħa

“Għandna nitgħallmu mill-iżbalji ta’ pajjiżi oħra” – Clyde Puli

“Il-miżuri ma jittieħdux meta jkun tard wisq”

Hekk sostna d-Deputat Parlamentari Clyde Puli fuq il-midja soċjali hekk kif għaddejja petizzjoni onlajn b’appell lill-Gvern sabiex jingħalqu l-iskejjel, inkluż dawk ta’ livell post-sekondarju u terzjarji fid-dawl taċ-ċirkostanzi marbuta mal-COVID-19.

Clyde Puli saħaq li l-petizzjoni tgħid li jekk ma tittiħidx azzjoni f’waqtha jista’ jagħti l-lok li jinxtered il-virus b’kaġun li eluf jispiċċaw ma jifilħux.

Dan filwaqt li ingħad li l-isptarijiet m’humiex atrezzati biex iżommu dawn l-ammonti kbar ta’ nies.

Għaldaqstant, kompla Clyde Puli, għandna nitgħallmu mill-iżbalji ta’ pajjiżi oħra u l-miżuri ma jittieħdux meta jkun tard wisq.