Lokali Parlament

Għawdex fiċ-ċentru tal-ħidma parlamentari

– Chris Said, PN

Dan hu mument importanti għal Għawdex minħabba li permezz tat-twaqqif tal-Kumitat Parlamentari għal Għawdex, il-parlament se jkun qed ipoġġi lil Għawdex fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu b’mod permanenti.

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li din hi mozzjoni improtanti u sostna li minn meta twaqqaf il-Ministru għal Għawdex, hemm budget alokat u diskussjoni speċifika dwar Għawdex. Il-parlament issa se jkun qed jirrikonoxxi lil Għawdex bħala ġżira reġjun

Hu qal li dan se jkun l-10 kumitat permanenti tal-parlament u spjega kif bit-twaqqif ta’ dawn i-kumitati, ix-xogħol tal-parlament mexa ħafna aħjar. Dan il-kumitat se jkun qed djiddiksuti dak kollu li jolqot lil Għawdex u li jevalwa l-liġijiet li jolqtu l-affarijiet ta’ Għawdex. Il-kumitat se jkun kompost minn ħames deputati waqt li l-pubbliku, is-soċjetà ċivili u l-imsiħeba jistgħu jipaprteċipaw.

Chris Said tkellem dwar il-bidliet qawwija fit-tessut tas-soċjetà Għawdxija u qal li din għandha tkun diskussa bi prijorità mill-Kumitat dwar Għawdex. Settur ieħor li jista’ jkun diskuss hu x-xogħol fejn 3500 ħaddiema Għawdxi – wieħed minn kull erba’ ħaddiema Għawdxin – qed jaħdmu f’Malta. Dan hu stabbilit mill-UE. Id-dħul medju tal-ħaddiema Għawdxin hu iqnas minn dak tal-ħaddiema Maltin.

Dwar it-turiżmu, Chris Said qal li 50% tal-GDP jiddpenedi fuq it-turiżmu għalhekk trid tingħata attenzjoni minħabba s-sitwazzjoni preżenti. Is-settur tas-saħħa hu ta’ prijorità anki għaliex l-uniku sptar f’Għawdex issa hu sptar privat. Suppost li l-Isptar ta’ Għawdex hu lest sa Ġunju 2018 b’450 sodda’ il-flus inħarġu tant li Vitals u Steward ħadu l-€280 miljun. Il-poplu ġie bżonn na l-isptar iżda dan ma sarx.

Fl-2019 il-kriminalita f’Għawdex żdiedet bi 15% meta skont il-Ministru tal-Intern, f’Malta din naqset. Din għandha tkun diskussa wkoll fil-Kumitat dwar Għawdex. Dwar il-konnettività Chis Said qal li dan il-Kumitat jista jiddiskuti dan is-settur vitali għall-Għawdxin. Il-kumitat jista’ jiddiskuti wkoll is-settur tas-saħħa, l-infrastruttura u l-iżvilupp fl-ekonomija minħabba li d-differenza qed titwessa’ bejn iż-żewġ gżejjer.