Lokali Saħħa

“Hawn pazjenti li qed jigdbu” – it-tabib Michael Spiteri

F’messaġġ mhux tas-soltu li tpoġġa’ fuq il-media soċjali, it-tabib Michael Spiteri saħaq li “hawn pazjenti li qed jigdbu fuq is-safar li kellhom fl-aħħar jiem”.

It-tabib Spiteri, li jaħdem fl-emerġenza, qal li l-individwi li provaw jaħarbu mill-iscreening b’gideb, xorta inqabdu. “Dawn kollha ittestjaw negattivi”.

“Ibżgħu għalina”, saħaq it-tabib Spiteri meta tkellem dwar ix-xogħol importanti li qed isir f’Mater Dei.

GĦAL KULL TIP TA’ INFORMAZZJONI FUQ IL-COVID-19 WIEĦED GĦANDU JĊEMPEL IN-NUMRU TA’ EMERĠENZA 111