Lokali Parlament

Il-falliment fis-saħħa qed ibatih il-poplu anki quddiem il-kriżi tal-coronavirus

– Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna li l-falliment u l-korruzzjoni fil-bejgħ tal-isptarijiet lill-barranin – inkluż l-uniku sptar f’Għawdex – u qal li dan qed ibatih il-poplu Malti anki issa quddiem il-kriżi tal-coronavirus.

Fil-parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia irringrazzja lid-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopatrdi u lill-ex deputat Nazzjonalista Marthese Portelli għall-mozzjoni ta’ Chris Said dwar Għawdex u qal li l-Kumitat għal Għawdex ifisser li Għawdex, b’mod permanenti, jkun trattat b’mod kontinwu dwar dak kollu li jkun ta’ importanza għall-Għawdxin.

Għawdex jistħqqlu jkun rikonoxxut bħala gżira reġjun

Hu semma’ l-problema tal-insularità doppja u n-nuqqas ta’ ħolqien ta’ xogħol produttiv f’Għawdex fejn jirriżulta li d-differenza bejn ħaddiem Malti u Għawdxi hi evidenti minħabba li l-Għawdxin jitħallsu inqas.

Għawdex qed ikun imsemmi biss bi ftit prijorità fil-budget tal-gvern waqt li fid-dokumenti tal-Oppożizzjoni dan jingħata l-attenzjoni li jistħoqqlu f’diversi setturi.

Adrian Delia semma’ l-kompettivita u qal li l-gvern għamel biss wiegħdi lill-Għawdxin fejn il-fast ferry għadu ma sarx minħabba t-tgerfix u t-taħwid fis-sistema ta’ kif jingħataw l-offerti pubbliċi.

Is-servizz tal-fsat ferry baqa’ ma sarx

Hu semma’ s-settur tas-saħħa u qal li l-gvern falla u daħak bl-Għawdxin waqt li seraqhom. Il-gvern dideċieda li jbiegħ tliet sptarijiet lill-barranin bla esperjenza fis-settur tas-saħħa; ma sarx investiment u żdiedux is-servizzi.

Il-ħlas tal-gvern kien €240 miljun mit-taxxi fuq dawn it-tliet sptarijiet u kellhom jagħti lil Għawdex sptar ġdid ta’ 450 sodda flimkien mat-tibdiliet fl-isptar eżistenti. Il-flus lil dawn il-barranin ingħataw u l-ħalsijiet ittieħdu mit-taxxi iżda l-proġett ma sarx għaliex il-gvern ippermetta li Ram Tumurilu jieħu €6 miljuni bħala ħlas ta’ direttur.

L-Isptar San Luqa kellu jun lest iżda x-xogħlijiet ma twettqux

Hemm €24 miljun li m’hemmx spjega dwarhom. Hemm ukoll €7 miljuni li tħallsu bħala kummissjonijiet. Fil-kontijiet pubbliċi tal-kumpanija hemm ukoll stabbilit li hemm assi li l-poplu ħallas €12-il miljun għalihom. Dawn il-binijiet ma jidhru imkien u l-gvern mhux iwieġeb dwarhom. Fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex tħallsu €11-il miljun iżda dawn ma jidhru imkien.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li r-responsabbiltà diretta hi ta’ Konrad Mizzi u ta’ Joseph Muscat. Il-kuntratt sar biex ifalli, sostna Adrian Delia, li kompla li l-Ministru Scicluna kien ukoll responsabbli direttament għax ippermetta dan il-ħlas. Il-Kabinett u l-Prim Ministru Robert Abela jafu dan u qed jippermettuh. Il-Kap tal-Oppożizzjoni mar il-qorti biex iwaqqaf dan il-kuntratt. Għaliex il-gvern mhux iwaqqaf dan il-kuntratt? Kull persuna kienet tieħu €400 fis-sena kienu dawn il-flus ma ngħatawx lill-barranin.

Ram Tumuruli li ħa €6 miljuni bħala ħlasijiet meta x-xogħlijiet ma twettqux

Adrian Delia qal li quddiem il-kriżi tal-pandemija, il-gvern irrifjuta li jagħmel diskussjoni biex jaħdem flimkien mal-Oppożizzjoni u biex jintużaw ir-riżorsi kollha. Kieku sar l-Isptar ta’ Għawdex li suppost intużaw għat-turiżmu medika, il-pajjiż għandu 450 sodda lest biex jintużaw. Dan jgħodd ukoll għall-Isptar San Luqa minħabba li fih ma saru l-ebda xogħlijiet.

Il-Prim Ministru ma jistax jgħid li għada hi ġurnata normali, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li kompla li hu laqa’ l-istudena tal-Ministru tas-Saħħa għal diskussjoni dwar is-sitwazzjoni preżenti. L-Oppożizzjoni trid tkun involuta u lesta xxerred l-informazzjoni b’xejn fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-Partit biex il-poplu jingħaqad quddiem din is-sitwazzjoni.