Coronavirus Lokali Saħħa

Il-gvern għandu jikkumpensa lil dawk milquta mill-Coronavirus

Hekk kif pajjiżna qiegħed ftit ftit jerfa’ l-piż li qed iġibu magħhom l-effetti tal-Corona Virus, il-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ lill-gvern sabiex jieħu azzjoni. Għandha tinħoloq sistema fejn min se jinstab bla impieg jew bi ġranet jew siegħat mnaqqsa, il-gvern jidħol għal dan in-nuqqas b’effett immedjat. Għandu jsir bħalma sar fil-passat, fejn gvern Nazzjonalista kien ħallas ta’ ġurnata xogħol meta l-ħaddiema kellhom ġimgħa xogħol ta’ erbat ijiem biss.

L-isfida tal-Corona Virus għandha tiġi indirizzata b’mentalità proattiva u mhux passiva, fejn is-serħan il-moħħ u s-saħħa tal-poplu jkunu ta’ prijorità.