Coronavirus Lokali Saħħa

Il-Kamra tal-Ispiżjara bi stqarrija li tmeri lill-Ministru tas-Saħħa

L-ebda tibdil fil-mod kif jitqassmu l-mediċini. Hekk iddikkjarat il Kamra tal-Ispiżjara flimkien mal-Kamra tal-Intepriżi Żgħar u Medji (SMEs) fi stqarrija fejn ikkjarifikaw li kontra kull aħbar li seta’ ġie miftiehem mill-pubbliku dwar xi miżuri ġodda tat-tqassim tal-mediċini mill-iskema tal l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC), ma hemm l-ebda tibdil fit-tqassim tal-mediċini.

Huma qalu li pazjenti intitolati għandhom imorru jiġbru l-mediċini BISS meta jmisshom, jiġifieri kull 8 ġimgħat. Fl-istqarrija, il-Kamra tal-Ispiżjara u dik tal-Intrapiżi Żgħar u Medji talbu l-ko-operazzjoni tal-pubbliku biex ma jiggravawx is-sitwazzjoni prekarja preżenti fl-ispiżeriji billi jiffullaw jew iċemplu għal xejn b’xi insistenza għas-servizz tal-POYC qabel ma jkun jmisshom jieħdu l-mediċini tagħhom.

Din l-istqarrija ħarġet sigħat wara li l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, waqt konferenza tal-aħbarijiet stqarr li l-gvern kien se jkun qed iqassam aktar mediċini fl-ispiżeriji biex l-anzjani jkunu jistgħu jiġbru biżżejjed mediċini għal xahrejn biex b’hekk jitnaqqasilhom l-iskariġġ lill-anzjani u l-vulnerabbli.