Edukazzjoni Lokali Saħħa

Il-KNŻ b’appell biex jingħalqu l-iskejjel

Bħala mezz ta’ prekawzjoni, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ qed jitlob li jingħalqu l-iskejjel kolha u jitwaqqfu l-lezzjonijiet f’istituzzjonijiet post-sekondarji u terzjarji inkluż fl-Università ta’ Malta.

Il-Kunsill talab sabiex issir laqgħa mal-Ministru Owen Bonnici għada stess, huma se jitolbu biex din id-deċiżjoni ttieħed. Huma spjegaw li l-pariri għandhom jittieħdu deċiżjonijiet drastiċi bħall-għeluq tal-iskejjel minħabba t-tixrid tal-mard.

Huma saħqu li dan qed jgħiduh b’responsabbiltà wara li rajna dak li ġara fil-pajjiż ġarr tagħna, l-Italja.

Ġie propost ukoll li wieħed mill-ġenituri ta’ tfal taħt l-età jingħata tip ta “quarantine leave” issussidjat mill-Gvern biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni li jingħalqu l-iskejjel.

Filwaqt li rringrazzjaw lit-tobba, l-infermiera u l-professjonisti mediċi kollha tax-xogħol tagħhom sabiex inaqqsu t-tixrid tal-virus, il-KNŻ bgħatet messaġġ ta’ kuraġġ lill-pazjenti bil-COVID-19.