Il-Kulleġġ Malti tat-Tobba tal-Familja l-MCFD qed jitlob lill-Gvern iżid il-benefiċċi marbuta mas-sick leave. Il-Kulleġġ qed jgħidu li t-tobba tal-familja għandhom rwol importanti fil-promozzjoni tas-saħħa tas-soċjetà.
Huma qalu li bħala Kulleġġ dejjem żammew standards għoljin fil-prattika tagħhom u permezz ta’ stqarrija saħqu dwar il-bżonn li jiżdiedu l-benefiċċji marbuta mas-sick leave għall-kwarantina.
Il-Kulleġġ qal li l-Gvern Ingliż bħalissa wkoll qiegħed fil-proċess li jattwa miżuri speċjali.
L-istqarrija ttemm billi tappella lill-Gvern biex jikkunsidra serjament miżuri ġodda f’każ li jinbidlu l-kundizzjonijet tal-impjieg u fakkret li Malta qegħda ferm taħt il-medja Ewropea fejn jidħol il-benefiċċju għas-sick leave.
//= $special ?>