Lokali Parlament

Il-parlament llejla se jiddiskuti il-ħolqien ta’ Kumitat dwar Għawdex

Il-parlament llejla se jiddiskuti mozzjoni mressqa mid-deputat Nazzjonalista Chris Said bl-iskop li jitwaqqaf Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet ta’ Għawdex.

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said iddeskrieva dan il-Kumitat bħala pass importanti ħafna għall-gżira reġjun ta’ Għawdex minħabba li l-Kumitat se jkun jista’ jiddiskuti kull materja konnessa ma’ Għawdex fl-goħla istituzzjoni tal-pajjiż; il-parlament.

Chris Said qal li b’dan il-kumitat, Għawdex se jitpoġġa fuq l-aġenda parlamentari b’mod kostanti f’kull leġiżlatura. Kien f’Ottubru li għadda li l-Grupp Parlmentari Nazzjonalista approva l-mozzjoni mressqa minn Chris Said li kienet sekondata wkoll mid-deputat Nazzjonalisti Għawdxin Fredrick Azzopardi, Kevin Cutajar u Marthese Portelli, li dak iż-żmien kienet għadha deputat.

Il-mozzjoni ta’ Chris Said sabet ukoll l-appoġġ tal-Gvern b’mod partikolari tad-deputat Laburisti eletti minn Għawdex.

Chris Said qal li jekk jitħaddem tajjeb, dan il-Kumitat jista’ jħalli impatt pożittvi ħafna fuq Gaħwdex.