Futbol Sport

Il-UEFA mistennija tieħu deċiżjoni dwar il-kompetizzjonijiet tagħha il-ġimgħa d-dieħla

(Ritratt: EPA)

Il-UEFA stiednet lill-membri kollha tagħha biex jipparteċipaw f’laqgħa permezz tal-użu tal-midja soċjali biex jiddiskutu u jieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-aħħar żviluppi dwar il-Coronavirus.

Wara li ħarġet l-aħbar li l-plejer ta’ Juventus, Daniele Rugani rriżulta pożittiv għall-Coronavirus kibret il-pressjoni fuq il-UEFA biex tieħu deċiżjoni dwar jekk hijiex se tissosspendi l-kompetizzjonijiet tagħha.Il-UEFA wieġbet permezz ta’ stqarrija fejn qalet li kmieni l-ġimgħa d-dieħla se tkun qed tiddiskuti mal-membri tagħha kollha dwar x’miżuri se tieħu.

It-tieni legs mir-rawnd tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League ġew posposti

Tard ilbieraħ waranofsinhar il-UEFA ħabbret li l-partiti mit-tieni leg tar-round tal-aħħar 16 bejn Manchester City u Real Madrid u dik bejn Juventus u Lyon ġew posposti wara l-aħħar żviluppi dwar il-plejer ta’ Juventus Daniele Rugani u wara li t-tim ta’ Real Madrid intefgħa fi kwarantina.