Coronavirus Lokali

L-Air Malta torganizza tliet titjiriet ta’ ripatrijazzjoni għas-Sibt

Il-Linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta se torganizza tliet titjiriet bil-għan li tkun assistita ir-ripatrijazzjoni ta’ Maltin u barranin residenti f’Malta wara r-restrizzjoni tal-ivjaġġar bejn Malta, l-Italja, Żvizzera, il-Ġermanja, Franza u Spanja.

It-tliet titjiriet matul il-ġurnata tas-Sibt huma kif ġej.

Pariġi – Charles De Gaulle

KM 7478 titlaq minn Malta fis-6.15a.m. KM 7479 titlaq minn Charles de Gaulle fl-10.20a.m.

Zurich

KM 7490 titlaq minn Malta fis-2.25p.m. KM 7491 titlaq minn Zurich fis-5.40p.m.

Frankfurt

KM 7328 titlaq minn Malta fl-4.25p.m. KM 7329 titlaq minn Frankfurt fit-8.10p.m.

Ikkummenta