Coronavirus Lokali

L-MEA tipproponi shutdown Nazzjonali

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem qed issejjaħ għal laqgħa urġenti tal-MCESD sabiex tkun diskussa proposta biex timmitiga l-impatt ta’ Covid-19.

L-MEA qed tgħid li l-iskejjel u l-biċċa l-kbira tal-postijiet tax-xogħol għandhom jingħalqu bejn id-19 u l-24 ta’ Marzu. L-Assoċċjazzjoni spjegat li peress li 19 ta’ Marzu hija festa pubblika, kull post tax-xogħol u anke l-iskejjel, għandhom jingħalqu mill-20 ta’ Marzu sal-24, għal shutdown nazzjonali.

B’hekk ikun hemm waqfa ta’ sitt ijiem bi tlett ijiem biss imnaqqsa mix-xogħol meħuda mill-leave fuq bażi volontarja. L-MEA qalet li din il-miżura tista’ tnaqqas sew ir-ritmu tal-firxa tal-virus jekk il-poplu jibaqa’ ġewwa f’dan il-perjodu.

Minkejja li se ikun hemm imġatt negattiv fuq in-negozji fuq perjodu qasir, dan għandu jkun ta’ għajnuna biex fl-aħħar mill-aħħar ikun hemm anqas firxa tal-virus. Dan ifisser li jkun hemm tnaqqis ta’ tlett ijiem mil-leave volontarju mil-bqija tas-sena.

L-għalliema jistgħu jagħmlu tajjeb għat-telf ta’ sigħat billi jtawwlu s-sigħat fil-perjodu tan-nofstanhari fix-xahar ta’ Ġunju.

Lukandi għandhom jibqgħu b’inqas staff, bħal ma filfatt diġa qegħdin. Servizzi pubbliċi essenzjali, bħal sptarijiet u pulizija, jibgħu joperaw bħas-soltu.