Coronavirus Lokali

B’kollox 9 każijiet ta’ Covid-19 f’Malta

Illum tħabbar li żagħżugħ ta’ 29 sena ittestja pożittiv għall-Coronavirus. Dan il-barrani li jgħix Malta ġie lura mill-Belġju.

Is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci f’konferenza tal-aħbarijiet ħabbret li dan il-barrani mar ix-xogħol milli ġie lura Malta.

Kien hemm ukoll każ ta’ tfajla barranija residenti Malta li ukoll irriżulta pożittiv. Hi vjaġġat lejn Berlin u Amsterdam aktar kmieni dan ix-xahar.

Dan il-każ ma kellux x’jaqsam mal-barrani l-ieħor li mar il-Belġju.

It-tfajla tgħix f’shared appartment, fejn hemm 3 persuni oħra. Intqal ukoll li din il-barranija kienet laħqet marret ix-xogħol.

Hi kienet diġa’ bis-sintomi anke fuq l-ajruplan.

IL-KAŻ TAT-TABIB MALTI

L-awtoritajiet tas-saħħa ikkonfermaw il-każ ta’ mara ta’ 53 sena li kienet għal btala mat-tabib Malti li ukoll ttestja pożittiv.

B’hekk fl-aħħar 24 siegħa l-każijiet ta’ Coronavirus f’Malta żdiedu bi tlieta.

Prof. Gauci qed tassigura li l-każijiet kollha ta’ Covid-19 f’pajjiżna, sa issa huma kollha każijiet impurtati.

It-testijiet li saru sa issa f’Mater Dei kienu jammontaw għal madwar 460 test, flimkien ma’ aktar minn 470 oħra li saru b’mod arbitrarju skont il-bżonn.

Intant, l-awtoritajiet qed iħeġġu lill-kumpaniji biex hu possibbli impjegati jkunu inċentivati jaħdmu mid-dar bit-teleworking. Qed isir anke appell, partikolarment lill-anzjani, biex jekk mhux każ ta’ ħtieġa, huma jibqgħu d-dar.