Futbol Sport

Manchester Utd b’rebħa kbira fl-ewwel leg barra minn darhom

Manchester United b'rebħa komda barra minn darhom li titfalhom sieq waħda fil-kwarti finali (Ritratt: EPA)

Minkejja s-sitwazzjoni madwar id-dinja u n-numru ta’ avvenimenti posposti minħabba l-Coronavirus, ilbieraħ ntlagħbu sitt partiti mir-rawnd tal-aħħar 16 tal-Europa League.

Manchester United barra minn darhom għelbu lil LASK 5-0. Kien l-akkwist il-ġdid ODION IGHALO li tefa’ lit-tim ta’ Ole Gunnar Solskjaer fil-vantaġġ fit-28 minuta b’xutt b’saħħtu. Manchester United għamluhom 2-0 permezz tal-plejer minn Wales DANIEL JAMES fit-58 minuta li wara ġirja tajba tefa’ wara Schlager.

JUAN MATA għamilhom tlieta fit-82 minuta, biex żewġ gowls fil-ħin miżjud minn MASON GREENWOOD u ANDREAS PEREIRA ssiġillaw ir-rebħa.
Wolves u Olympiacos temmew fi draw ta’ 1-1. Kienu Olympiacos li marru fil-vantaġġ fl-54 minuta permezz ta’ YOUSSEF EL ARABI minkejja li wara nofsiegħa sfaw jilagħbu bi plejer inqas wara li tkeċċa Ruben Semedo.
Fis-67 minuta Wolves ġabu d-draw permezz tal-Portugiż PEDRO NETO.

Rawnd tal-aħħar 16 : Ilbieraħ: E. Frankfurt v Basel 0-3, I.Basaksehir v Koebenhavn 1-0, LASK v Man. Utd 0-5, Seville v Roma posp., Olympiacos v Wolves 1-1, Rangers v B. Leverkusen 1-3, Wolfsburg v S. Donetsk 1-2, Inter v Getafe posp.