Formula 1 Sport

Il-Grand Prix tal-Awstralja mistenni jiġi pospost wara li t-tim tal-McLaren iddeċidew li mhux se jipparteċipaw

Wara li iktar kmieni lbieraħ waranofsinhar it-tim tal-McLaren iddeċieda li mhumiex se jipparteċipaw fil-Grand Prix tal-Awstralja, l-FIA flimkien mat-timijiet ħadet id-deċiżjoni li tissospendi l-Grand Prix.

It-tim tal-Formula 1 tal-McLaren ħabbru li mhumiex se jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-ewwel Grand Prix ta’ nhar il-Ħadd fl-Awstralja, wara li wieħed mill-membri fit-tim irriżulta pożittiv għall-Coronavirus.

Il-membru kien ittestjat u wara iżolat wara li beda juri sintomi għal dan il-virus.Numru ta’ membri minn McLaren u Haas ġew miżmuma fi kwarantina, iżda testijiet fuq erba’ membri tat-tim Haas irriżultaw negattiv.

Sadanittant iktar minn 12,000 persuna lbieraħ ffirmaw petizzjoni biex l-ewwel tellieqa fl-Awstralja tiġi posposta. Dan il-Grand Prix huwa t-tieni wieħed li ġie pospost wara dak taċ-China.