Coronavirus Lokali Saħħa

Nitolbu li ssir diżinfettazzjoni u fumigazzjoni immedjata tal-karozzi tat-trasport pubbliku Team Start

Fi stqarrija Team Start ħabbret li jinsabu mħassbin dwar l-livell ta’ iġjene tal-karozzi tal-linja li ħafna nies, inkluż żgħażagħ, jużaw. Huma saħqu li spiss jaraw stat ta’ telqa u nuqqas ta’ ndafa f’dawn il-karozzi. F’ċirkustanzi bħal dawn, fejn bħala pajjiż qed nagħmlu dak li huwa meħtieġ biex nikkumbattu l-Corona Virus hemm bżonn aktar minn qatt qabel li ssir diżinfettazzjoni u fumigazzjoni ta’ dawn il-karozzi.