Futbol Sport

Numru ta’ plejers ta’ Leicester juru sintomi għall-Coronavirus

Leicester lagħbu l-aħħar partita tagħhom nhar it-Tnejn (Ritratt: EPA)

Waqt konferneza tal-aħbarijiet il-kowċ ta’ Leicester City Brendan Rodgers qal li tliet plejers mit-tim tiegħu jinsabu fi kwarantina volontarja wara li żviluppaw sintomi simili għal dawk tal-Coronavirus.

Rodgers qal li huma segwew il-proċeduri u b’mod immedjat inżammew il-bogħod mill-bqija tal-iskwadra. Leicester mistennija jilagħbu kontra Watford nhar is-Sibt.        

Fi stqarrija tard wara nofsinhar il-Gvern Ingliż qal li kien għadu qiegħed jikkunsidra jekk għandux jissospendi avvenimenti sportivi fosthom il-kampjonat Ingliż.