Is-Surmast tal-Iskola San Anton informa lill-ġenituri li minn nhar it-Tnejn l-iskola se tkun qed tagħlaq għal ħmistax.
Anke l-Kulleġġ St Edward’s ħabbar tibdiliet, bid-dati affetwati jkunu t-13, is-16 u s-17 ta’ Marzu fejn l-iskola mhux se tifħaħ. It-tfal se jidħlu lura fit-23 ta’ Marzu minħabba li t-18 u l-20 ta’ Marzu kienu diġa’ skedati bħala vaganzi għat-tfal.
L-iskola San Anton se tkun qed tagħlaq mis-16 ta’ Marzu li ġej.
NET NEWS hu infurmat li ħafna skejjel illum spiċċaw kważi deżert, bla tfal. Dan għaliex il-ġenituri għażlu li ma jibgħatux lill-uliedhom l-iskola.
Il-Gvern qed jibqa’ jirreżisti l-appelli biex jingħalqu l-iskejjel.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>