Lokali Qorti

15-il xahar ħabs wara li qabad lil martu minn għonqa u kisser ħġieġa meta mbuttaha għal fuq vetrina

Raġel residenti l-Imtarfa ġie kundannat 15-il xahar ħabs wara li l-Qorti sabitu ħati ta’ vjolenza fuq martu. Il-Qorti sabitu ħati li fl-1 ta’ Diċembru tal-1 ta’ Diċembru tal-2018, mingħajr il-ħsieb li joqtol lil martu, kkawżalha ġrieħi gravi meta ħebb għaliha billi qabadha minn għonqa u minn idejha u kisser ħġieġa ta’ vetrina meta mbuttaha għal fuqha.

Il-Qorti rrimmarkat li l-mod kif ħebb għal martu l-akkużat mhijiex skuża, aktar u aktar meta dan għamlu quddiem tifel ta’ 11-il sena, episodju li għalih se jibqa’ mmarkat tul ħajtu.

L-Ispettur Matthew Galea spjega kif il-vittma għamlet rapport li fat vittma ta’ vjolenza domestika. Sqarret li dakinhar stess filgħodu żewġha mar id-dar fejn kienu jabitaw u qalilha sabiex jirranġaw I-affarijiet bejniethom u hi qaltlu li ma setgħetx.

Għal dan żewġha tefala ħwejjiġha u qalilha biex titlaq il-barra. Fir-rapport li għamlet qalet li qabdet ħierġa u f’dan il-mument, żewġha qabad il-boroż li kellha l-ħwejjeġ tagħha fihom u beda’ jqattagħhom.

Hi bdiet tgħajjat u laqtet wiċċ żewġha li kif raha barra ġera għal ġewwa beda jagħlaq il-bieb, hi żammitu b’saqajha u reġgħet daħlet il-ġewwa fil-post imsemmi. F’dan I-istadju hi u żewġha komplew jiġġeldu, sakkarha ma’ vetrina tal-ħġieġ, u qabadha minn għonqha.

Qalet ukoll li ppruvat tiddenfendi ruħha mingħajr suċċess u f’daqqa waħda żewġha qabdilha jdejha u daħħalilha fil-vetrina li b’hekk tkissret il-ħġieġa u sfat feruta. Il-ġrieħi fuqha damu aktar minn 30 ġurnata u saħansitra kellha bżonn operazzjoni.

Minn naħa tiegħu l-imputat qal li martu tagħtu daqqa ta’ ħarta tant b’saħħitha li dawritlu wiċċu. “Imbgħad hi kellha il-boroż taż-żibel bil-ħwejjeġ ippakjati fihom li kienu ilhom lesti xi erba xhur u qabżitli u bdejt nitfagħlha l-ħwejjeġ l’barra. Hi nħarqet u meta konna fil-veranda tatni daqqa li dawwrittli wiċċi.

“Wara dħalt l’ġewwa, għalaqt il-bieb tal-allumium u hi xuttjat il-bieb, faqgħetu u daħlet għalija biex tipprovokani, imbuttajtha min għonqha b’idi x-xellugija u jdejha ta’ faċċata ta’ idi li kelli ma għonqha x’ħin marret lura u daħlet fil-ħġieġa tal-bieb.

“Wara ppanikjajt x’ħin rajtilha id-demm u wara xi kwarta jew 20 minuta telqet l’hemm u għamilt xi tlett siegħat nistenniha id-dar, ma ġietx u mbgħad ħriġt dawra bil-mixi nikkalma naqra u dħalt nistrieħ għax kont ġej min lejl xogħol.”

Il-Qorti qalet li l-verżjoni ta’ kif saru l-affarijiet jindikaw li r-raġel kkommetta vjolenza domestika fuq martu u minkejja li llum il-gurnata hu jgħid li jiddispjaċih għal għemilu, ma jirriżultax li b’xi mod ipprova jpatti għall-ħsara minnu kaġġunata jew minn tal-inqas talab skuża lill-martu għall-ħsara kkaġunata minnu.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech Hu inacettabbli li l-imputat ma ddejjaq xejn jerfa’ idu fuq martu propju quddiem ibnu, minuri ta’ 11 il-sena. Xeni bħal dawn jimmarkaw l-ulied għal għomorhom u jċaħħduhom mil-innoċenza li għandha tissenjala fulithom.

F’dinja fejn, ġustament, is-swat fuq it-tfal bħala mezz ta’ dixxiplina m’għadux iktar ittolerat tant li anke gie kriminalizzat, is-soċjetà daqstant ieħor tistenna li atti ta’ vjolenza domestika jiġu kastigati b’pieni li juru l-gravita` ta’ dan l-aġir u jservu ta’ deterrent.

Għaldaqstant il-Qorti qalet li ma temmnux li tassew iddispjaċih li lill-martu għaddiha minn tant saram. Ghal dawn il-motivi, din il-Qorti kkundannatu 15 il-xahar priġunerija.Il-Qorti ħġarġet ukoll ordni ta’ trażżin fil-konfront tal-imputat favur martu għal żmien tliet snin. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Matthew Galea.