Lokali

Aċċettati biss żewġ persuni fl-ispiżeriji fl-istess ħin

L-ispiżjara ġew injorati mill-Ministeru tas-Saħħa fejn tidħol il-kwistjoni tal-COVID 19, uriet dan id-dispjaċir il-Kamra tal-Ispiżjara f’Malta, fi stqarrija.

Flistess stqarrija, kemm il-Kamra tal-Ispiżjara ta’ Malta kif ukoll il-Kamra tal-Intrapriżi żgħar u medji, ħarġu b’dawn id-direttivi :

  1. Qed Jappellaw lil Gvern biex jipprovdi carers biex jiġbru l-mediċini huma u jwassluha lill-anzjani li għandhom aktar minn 70 sena.
  2. B’effett immedjat, il-pazjenti kollha għandhom jingħataw il-mediċina għal xahrejn meta jkunu dovuti BISS.
  3. L-ispiżeriji ser jaċċettaw massimu ta’ ŻEWĠ persuni fl-ispiżerija fi kwalunkwe ħin. In-nies għandhom joqgħodu ‘l bogħod mill-inqas metru mill-counter tal-ispiżerija u jsegwu l-istruzzjonijiet mogħtija lilhom mill-ispiżjar.
  4. L-ispiżjara huma mfakkra wkoll biex jaħslu idejhom ta’ spiss speċjalment wara li jaqdu il-klijenti.