Coronavirus Internazzjonali

Coronavirus: 8 każi ġodda biss fiċ-Ċina

Hekk kif il-bqija tad-dinja qed tagħlaq il-fruntieri u ħafna pajjiżi sejħu għal-lockdown kollox qed jindika li l-każijiet ġodda fiċ-Ċina naqsu għal kważi kollox.

Dan ħareġ wara li ftit sigħat ilu l-awtoritajiet Ċiniżi qalu li tmien każijiet ġodda ġew irrappurtati, b’ħamsa minnhom ikunu f’Wuhan. L-awtoritajiet qalu li t-tliet każijiet l-oħra ġew minn barranin li żaru l-pajjiż fl-aħħar jiem.

Fl-aħħar żviluppi Filippin fi New York, irriżulta pożittiv, fl-ewwel każ irreġistrat ta’ Covid-19 fil-kwartieri ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-persuna l-aħħar li żar il-binja kien it-Tnejn li għadda.