Lokali

Posposta l-inkjesta tal-ġimgħa d-dieħla dwar l-assassinju ta’ Caruana Galizia

Il-Bord ta’ inkjesta li qed jisma’ diversi xhieda biex jiġi stabbilit jekk setax ġie evitat l-omiċidjui ta’ Daphne Caruana Galizia ħabbar li minħabba s-sitwazzjoni preċenti jkun aħjar li t-tliet seduti li diġa kienu ppjanati għal ġimgħa d-dieħla jitħassru.

Ma ngħatat l-ebda data meta l-inkjesta, li bdiet fil-bidu ta’ Diċembru li għadda se tkompli. Dan se jsir meta s-sitwazzjoni tkun tidher ġejja għan-normal. L-inkjesta kellha tkompli nhar it-Tnejn li ġej fil-11.00am, u l-Erbgħa u l-Ġimgħa fid-9.30am.

It-termini ta’ referenza tal-bord tal-inkjesta għandu l-inkarigu li għandu jikkonkludiha fi żmien disa’ xhur, u r-rapport tagħha għandu jiġi pubblikat fi żmien tmint ijiem wara li jkun ingħata lill-Prim Ministru.

Għalkemm il-bord għandu jindika liema partijiet tar-rapport m’għandhomx jiġu pubblikati, għalkemm il-familja Caruana Galizia se jkollha d-dritt li taqra r-rapport sħiħ, iżda bl-obbligu li ma tiżvelax il-partijiet riservati.