Coronavirus Lokali Saħħa Transport

CORONAVIRUS: Posposti l-eżamijiet tas-sewqan

Dati ġodda tal-eżamijiet jitħabbru meta s-sitwazzjoni preżenti tinbidel

Transport Malta ħabbret li qiegħda tipposponi l-eżamijiet tas-sewqan b’ġimgħa sabiex tnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-Coronavirus.

Filwaqt li avżat ukoll lill-iskejjel tas-sewqan sabiex javżaw lill-istudenti b’dan il-posponiment, Transport Malta avżat li d-dati l-ġodda tal-eżamijiet se jitħabbru meta s-sitwazzjoni preżenti tinbidel.

Ingħalaq ukoll iċ-ċentru fejn isir l-eżami tat-teorija ukoll u allura mhux possibli li jsiru eżamijiet tat-teorija.

Fost il-miżuri li l-operaturi tat-trasport ħadu hija l-frekwenza tat-tindif tal-vetturi, filwaqt li l-karozzi tal-linja qegħdin iżommu t-twieqi miftuħin u l-arja kundizzjonata mitfija.

Dawk li qegħdin imorru biex jinqdew fl-uffiċjini ta’ Transport Malta f’Raħal Ġdid u Ħal Lija, l-istennija mhix issir fis-swali iżda in-nies qegħdin jidħlu wieħed wieħed biex jonqos ir-riskju.