Coronavirus Lokali Saħħa

FILMAT: 5 persuni f’kamra żgħira f’Monte Carmeli bit-twieqi magħluqin

"Qas għandhom ventilazzjoni adegwata u fejn iduru ġol-kamra"

Filmat li wasal għand NET News juri kif 5 pazjenti fl-Isptar Monte Karmeli jinsabu f’kamra żgħira mingħajr ventilazzjoni hekk kif it-twieqi qegħdin jinżammu magħluqin.

Fost il-biża’ tal-imxija tal-Coronavirus fil-pajjiż tista’ anki tolqot l-Isptar Monte Carmeli, irriżulta li mhux talli ma hemmx ventilazzjoni, li qiegħed isir tipjip fuq ġewwa fil-kmamar.

Apparti minn hekk, mill-filmat jidher li ż-żamma tal-kamra lanqas hija xi prijorità hekk kif jidhru bosta tazzi u ħwejjeġ mal-art.