Coronavirus Internazzjonali

FL-ITALJA: In-Naplitani joħorġu jkantaw flimkien mill-gallariji

Preżentament l-Italja hemm il-kwarantina obbligatorja minħabba l-Covid-19, madanakollu f’dan il-filmat jidher li din il-kwarantina mhux taqta’ qalb in-Naplitani li xorta waħda ħarġu jkantaw fil-gallariji tagħhom biex jagħmlu kuraġġ lil xulxin.

Huma kantaw billi bdew jgħidu li nies bħalhom ma jaqtgħu qalbhom qatt, bil-persuna li kienet qed tieħu l-filmat temmet il-vidjow billi qalet “Forza Italia, Forza Napoli”.