Coronavirus Ekonomija Lokali Saħħa Turiżmu

AĠĠORNATA: Il-bars u r-ristornati tal-Belt iddeċidew li llejla ma jiftħux

NET NEWS jinsab infurmat li numru ta’ bars fil-Belt Valletta qablu li llejla ma jiftħux għan-nies, biex jagħmlu s-sehem tagħhom ukoll f’dan iż-żmien tant sensittiv. Din l-azzjoni qed tittieħed ukoll sabiex ma jkunx hemm ġemgħat ta’ nies f’dawn il-postijiet, u għalhekk titħares is-saħħa tal-impjegati.

Aktar tard waslet ukoll il-konferma li anke r-ristoranti se jkunu magħluqin. “Dan huwa pass li ħadna b’responsabbiltà”, qalilna wieħed mis-sidien tal-istabbilimenti tal-ikel.

Dalgħodu, kienu kważi surreali x-xeni mill-Belt Valletta ta’ toroq bla nies u pjazez vojta.

Sa minn kmieni filgħodu, Pjazza San Ġorġ kienet baħħ min-nies. Anke fid-daħla tal-kapitali, ftit kienu n-nies li dehru deħlin.

Ritratt: Martin Agius
Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Martin Agius