Saħħa

Il-ħaddiema ta’ Mater Dei qed jiffaċjaw dan il-perijodu ta’ sfidi b’determinazzjoni kbira

Preżentament il-ħaddiema ta’ Mater Dei u kif ukoll dawk kollha li jaħdmu mas-settur tas-Saħħa qed isibu quddiem wiċċhom sfidi kbar, madanakollu qed jaffrontaw dawn l-isfidi b’determinazzjoni kbira biex jibqgħu jagħtu servizz mill-aqwa.

Ir-ritratt fl-istorja juri kju ta’ ħaddiema li biex jidħlu għax-xogħol tagħhom qed jgħaddu minn proċess ta’ testijiet, dan biex wara kollox tkun sikura l-kura tagħhom u dik li qed jagħtu.

Ma nistgħux ma nsemmux l-isforzi kollha li qed jagħmlu l-istess ħaddiema tul il-jum, fejn il-pressjoni fuq il-professjoni tagħhom bħalissa hija waħda kbira.

Tajjeb li f’mumenti bħal dawn niftakru wkoll f’ħaddiema oħra li x-xogħol tagħhom ma jistax jieqaf, dan fost l-oħrajn il-membri tal-Korp tal-Pulizija u dawk tal-Protezzjoni Ċivili, li b’determinazzjoni qed jibqgħu wkoll jagħtu s-servizz li hu tant meħtieġ.