Il-Gunners għalqu l-kampijiet tat-taħriġ wara li l-manager tagħhom Mikel Arteta ġie pożittiv għall-Coronavirus.
Arteta qal li ħa t-test “wara li ħassu ħażin”, u żied li r-riżultat kien “tassew diżappuntanti”.
Il-partita tal-Kampjonat Premier Ingliż li kienet skedata li ssir fi Brighton nhar is-Sibt ġiet posposta.
Il-plejers u l-istaff tal-klabb li kellhom kuntatt reċenti mal-manager issa se jiżolaw lilhom infushom.
//= $special ?>