Lokali

Il-Malta Business Bureau jappellaw għall-implimentazzjoni ta’ miżuri b’rabta mal-COVID-19

Il-Malta Business Bureau tistieden lill-awtoritajiet kemm Nazzjonali kif ukoll Ewropej sabiex jiġu implimentati malajr miżuri sabiex jagħmlu tajjeb għat-telf ekonomiku li seħħ bħala riżultat tal-virus COVID-19.

L-MBB stqarrew li s-saħħa pubblika għandha tkun salvagwardjata u tibqa’ l-prijorità assoluta.

Madankollu, il-MBB jenfasizza wkoll li l-Unjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ukoll jagħmlu kull ma jistgħu sabiex jgħinu lin-negozji f’dan il-mument kritiku sabiex itaffu l-pressjoni finanzjarja li n-negozji qed jitpoġġew fiha. Bejn il-‘bookings’ li qed jiġu kkanċellati, l-infurzar tal-kwarantina għall-impjegati, it-tixrid ta biża’ u kwistjonijiet oħra li qed joħorġu mill-kriżi, l-awtoritajiet għandhom jintervjenu direttament sabiex itaffu mill-pressjoni finanzjarja li n-negozji qed jitpoġġew.

Il-President tal-MBB Simon De Cesare ddikjara li “Malta hija u se tintlaqat aktar minn pajjiżi oħra minħabba d-daqs tagħna u d-dipendenza tagħna fuq it-turiżmu. Hekk kif il-lockdown internazzjonali tan-nies u tas-servizzi jiżdied, il-piż fuq in-negozji Maltin se jirrikjedi appoġġ serju.”