Coronavirus Lokali Saħħa

Il-Prim Ministru ma jridx idaħħal travel ban

Minkejja li t-tobba tal-familja u numru ta’ profesjonisti oħra qed jappellaw lill-Prim Ministru biex iwaqqaf it-titjiriet mir-Renju Unit, Robert Abela insista li mhux se jdaħħal ‘travel ban’.

Abela iddikjara dan f’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja, fejn tkellem dwar il-Coronavirus u qal li issa l-kwarantina se tkun obligatorja għal dawk kollha li jkunu ġejjin minn barra, hu x’inhu l-pajjiż. Iżda hu stess ikkonferma li mhux se jwaqqaf aktar titjiriet mill-Ewropa, fosthom mill-Ingilterra fejn it-tħassib qed jiżdied sew.

Il-Gvern ma kienx f’pożizzjoni jgħid kemm hawn nies fi kwarantina bħalissa. Anke turisti li xorta għażlu li jisiefru lejn Malta huma obligati li jibqgħu ġewwa fil-lukandi.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet, Robert Abela qal li l-ħajja se tibqa’ għaddejja b’mod normali u tkellem diversi drabi dwar it-trankwillità.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.