F’mument daqstant delikat għat-tramuntanta tal-Italja, iz-zona ta’ Cene, titlef is-Sindku tagħha Giorgio Valoti.
Valoti, li kellu 70 sena, kien rikoverat fl-Isptar Papa Giovanni di Bergamo.
Iz-zona Bergamasca hija fost l-agħar milquta mill-virus fl-Italja.
Is-Sindku kien magħruf għall-karattru sod, deċiż u skjett tiegħu, u kien ġie elett għar-raba’ darba bħala sindku f’Mejju tas-sena li għaddiet. Hu kien jimmilta fil-Lega għal dawn l-aħħar snin.
Valoti kellu kumplikazzjonijiet fin-nifs li komplew gravaw bil-virus li ħasadlu ħajtu aktar kmieni llum.
//= $special ?>