Lokali Qorti

Irlandiż immultat €450 wara li qabbad sigarett fuq l-ajruplan

Irlandiż ta’ 41 sena li jibża’ ħafna jivvjaġġa fuq ajruplan wasslu biex iqabbad sigarett waqt li kien ġej Malta fuq titjira minn Cork, il-lokalità fejn jgħix, meta kien passiġġier fuq titjira tar-Ryan Air. Huwa ammetta r-reat u ġie mmultat €450.

Simon Maurice tressaq quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ġie akkużat li pejjep f’ajruplan meta huwa pprojbit li wieħed jagħmel dan minħabba s-sigurtà.

L-Ispettur Silvio Magro qal fil-Qorti li r-raġel ġie arrestat nhar il-Ħamis, 12 ta’ Marzu, u skond l-avukat tiegħu tal-għajnuna legali qal li huwa għamel dan biex jikkalma peress li jibża’ qatiegħ jivvjaġġa bl-ajru.