Coronavirus Kummerċ Lokali

Is-sitwazzjoni fit-toroq ta’ Malta

L-effetti tal-coronavirus fuq it-turiżmu u n-negozju f’Malta qed ikomplu jinħassu sew.

Matul il-ġurnata tal-Ġimgħa, Net News żar it-toroq prinċipali tal-Belt Valletta – evidenti id-differenza fl-ammont ta’ nies madwar il-kapitali.

Il-maġġor parti tal-ħwienet u ristoranti vojta, xi ħaġa li dawk li tkellmu magħna qalulna li qatt qabel ma raw bħala hawn Malta.

Is-sitwazzjoni hi simili f’numru ta’ rħula kif ukol f’positijiet bħal Tas Sliema fejn normalment ikunu bosta li jiffrekwentaw din iż-żona fil-ġurnata tal-Ġimgħa.

Innutajna li l-ftit nies li kien hemm kienu turisti minn diversi pajjiżi u oħrajn ta’ nazzjonalità barranija li jgħixu Malta, ma tantx inzertajna Maltin.

Dan l-effett ilu jinħass f’diversi pajjiżi madwar id-dinja pero s-sitwazzjoni issa hi waħda simili f’Malta.

Intant, il-bars fil-Belt Valletta, illejla mhux se jkunu qed jiftħu.