Lokali

It-Tribunali Lokali temporarjament magħluqa

Bħala mezz ta’ prekawzjoni kontra t-tixrid tal-Coronavirus, it-tribunali lokali ser ikunu temporarjament magħluqa

Il-kawżi pendenti se jkunu differiti għal ġranet oħra, li se jkunu kkomunikati fi żmien li ġej.

B’rabta mal-COVID 19 ukoll, id-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali ser jaddotta proċeduri ġodda u miżuri preventivi biex jgħin fil-ġlieda kontra l-Coronavirus COVID-19. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jekk jista’ jevita li jmur fl-uffiċċji distrettwali biex jinqeda imma minflok juża servizzi online permezz ta’ socialsecurity.gov.mt jew iċempel il-freephone 153.

Madanakollu, jekk xorta jkun hemm bżonn li persuna tinqeda mill-uffiċċji distrettwati, se tkun mitluba l-koperazzjoni tal-pubbliku biex ma jkunx hemm iffullar żejjed u għalhekk il-pubbliku jista’ jintalab biex jistenna barra sakemm ikun jista’ jinqeda.

Sakemm jinħaraġ avviż ieħor, il-ħinijiet tal-Uffiċċji tas-Sigurta Soċjali se jkunu limitati mit- 8 ta’ filgħodu sas- siegħa ta’ waranofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Miżura temporanja oħra se tkun li l-uffiċċji distrettwali ta’ Raħal Ġdid, il-Qawra u Birkirkara mhux se jiftħu nhar ta’ Sibt bħas-soltu.