Lokali

Jappellaw għad-deċiżjoni tal-Balluta Private Ferry

Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, ħames organizzazzjonijiet u aktar minn tletin resident qed jippjanaw li jappellaw id-deċiżjoni skandaluża tal-Kummissjoni tal-Ippjanar biex toħroġ permess għall-moll privat tal-Fortina, u b’hekk tippermetti li l-katamaran tagħha jopera fil-bajja ta’ Balluta.

Li tippermetti servizz ta’ lanċa privata f’post tal-għawm popolari jistabbilixxi preċedent perikoluż peress li issa l-bajjiet kollha f’Malta jinsabu taħt theddida li jispiċċaw post għall-laneċ privati.

Moviment Graffiti qegħdin jitolbu appoġġ pubbliku għall-crowdfund sabiex tinġabar is-somma ta’ € 3,000 biex ikopru l-ispejjeż tal-appell kif ukoll biex tittieħed azzjoni legali kontra l-lanċa privata fil-bajja tal-Balluta.

Donazzjonijiet qed jiġu aċċettati permezz ta’ trasferiment bankarju jew Revolut:

Bank Account Details
Name: Moviment GraffittiBank: BOV
IBAN: MT87VALL22013000000011799516014

Revolut: 00356 79262181