Coronavirus Lokali Saħħa

Jingħalqu d-Day Care Centres kollha

B’referenza għas-sitwazzjoni preżenti dwar it-tixrid tal-COVID-19 id-Day Care Centres fil-lokalitajiet se jinżammu magħluqa. Dan apparti li se jkunu sospiżi t-twaqqif tal-posti fi swieq fil-beraħ, bl-esklużjoni ta’ dawk li jbiegħu prodotti tal-ikel. Dawn tal-aħħar jridu jżommu distanza ta’ 20 metru bejn posta u oħra.

Wara konsultazzjoni mal-Ministru tas-Saħħa, il-bereġ kollha qegħdin jingħalqu b’effett immedjat.

Servizzi mhux stratutorji, sa fejn hu possibli, m’għandhomx jibqgħu jingħataw u fejn hu possibli jintużaw l-mezzi eletroniċi.

Sakemm jinħareġ avviż ieħor, is-seduti tat-Tribunali Lokali ser jiġu diferiti.