Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Jitilgħu għal kważi 5,000 il-vittmi tal-coronavirus madwar id-dinja

Hekk kif il-coronavirus qed ikompli jintxered madwar id-dinja, s’issa l-imwiet telgħu għal 4,989 persuna.

B’kollox hemm 134,918 li għandhom dan il-virus.

Aħbar pożittiva hi li s’sissa fiequ mill-Covid 19 70,395 persuna.

Skont l-aħħar rapporti, il-każi ta’ coronavirus fil-pajjiż ġar tagħha l-Italja tela’ għal iktar minn 15,000 persuna. Dan filwaqt li matul il-ġurnata tal-bieraħ mietu 189, filwaqt li s’issa 1,258 persuna fiequ mil-Covid-19.

L-awtoritajiet Taljani qed ikomplu jappellaw biex in-nies joħorġu minn djarhom jekk tassew ikun hemm bżonn biss.

Fiċ-Ċina, il-każi ġodda qed ammontaw għal 21, fejn f’dan il-pajjiż hemm 80,814 li għandhom dan il-virus. S’issa mietu 3,177 persuna.

Fi Spanja, il-każi issa telgħu għal 3,148, b’madwar 90 persuna jitilfu ħajjithom.

Fir-Renju Unit in-nies li mietu telgħu għal 10 hekk kif il-każi ta’ persuni li ttestjaw pożittiv għall-Covid19 tela’ għal kważi 600.

Il-coronavirus kompla jintxered ukoll fi Franza hekk kif il-każi telgħu għal 2,876 filwaqt li l-persuni li tilfu ħajjithom telgħu għal 61.

In-numru ta’ persuni mejta fil-Ġermanja issa tela’ għal 6 filwaqt li hemm 2,750 każ ta’ Covid 19.

Ikkummenta