Coronavirus Futbol Sport

Jitilgħu sebgħa l-plejers mis-Serie A li għandhom il-coronavirus

Total ta’ ħames plejers mis-Serie A nstabu pożittiv għall-coronavirus. Il-plejers huma n-Norveġiż Morten Thorsby, l-Iżvediż Albin Ekdal, Omar Colley mill-Gambja, it-Taljan Antonino La Gumina, it-tabib Amedeo Baldari ta’ Sampdoria kif ukoll Dusan Vlahovic ta’ Fiorentina. Dawn l-aħbarijiet isegwu l-aħbarijiet ta’ Daniele Rugani ta’ Juventus u Manolo Gabbiadini wkoll ta’ Sampdoria li nstabu pożittivi l-Erbgħa u lbieraħ rispettivament.

Fi stqarrija, Sampdoria qalu li l-persuni jinsabu kollox b’saħħtihom u fi djarhom f’Ġenova. Il-klabb kompla li b’mod immedjat applika l-proċeduri skont ir-regoli, bil-faċilitajiet tal-klabb huma magħluqa filwaqt li dawk parti mit-tim jinsabu f’iżolament volontarju. L-aħħar logħba ta’ Sampdoria kienet il-Ħadd kontra Verona, li wkoll jinsabu f’iżolament.

Vlahovic sar is-seba’ plejer li nstab pożittiv għal dan il-virus, bil-klabb tiegħu Fiorentina joħroġ stqarrija biex jgħid ukoll li dawk li setgħu kellhom kuntatt ma’ Vlahovic jinsabu f’iżolament.