Lokali

AĠĠORNATA: Persuna mejta wara li karozza tal-kiri taqa’ mill-irdum fil-limiti tan-Naxxar

Kmieni dalgħodu mara ta’ 40 sena mill-Korea residenti Ħal Balzaan tilfet ħajjitha wara li waqħet karozza tal-kiri minn irdum fin-Naxxar.

Nies fuq il-post li tkellmu ma’ Net News qalulna li mal-waqa’ l-karozza ħadet in-nar. L-istess persuni lemħu lill-mara weħidha iżda il-Pulizija mhux teskludi li kien hemm persuna oħra magħha.

Il-Persuna ntlemħet fl-istess żona lbieraħ u anke kmieni dalgħodu.

Jidher li l-karozza waqgħet minn Triq John Ayde fin-Naxxar għall-ħabta tat-8am.

Immedjatement fil-post waslu membri mill-Protezzjoni Ċivili.