Coronavirus Internazzjonali Lokali Saħħa Transport

L-Ambaxxata Taljana b’vjaġġ ta’ ritorn bil-katamaran lejn Pozzallo għat-Taljani f’Malta

Din hija miżura ta' ripatrijazzjoni fid-dawl li twaqqfu t-titjiriet u l-vjaġġi bil-baħar bejn iż-żewġ pajjiżi

L-Ambaxxata Taljana f’Malta organizzat vjaġġ ta’ ritorn bil-katamaran lejn Pozzallo għall-Isqallin u t-Taljani tan-nofsinhar tal-penisola mweħħla f’Malta.

Dan il-vjaġġ mistenni jitlaq mix-Xatt l-Għassara tal-Għeneb fil-Mata għall-ħabta tal-5pm, fid-dawl li twaqqfu t-titjiriet u l-vjaġġi bil-baħar minn u lejn l-Italja kawża tal-imxija tal-Coronavirus.

Dalgħodu, l-Ambaxxata kkoordinat mal-awtoritajiet Maltin titjira bl-Air Malta għall-istess Taljani minn Malta lejn l-ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma.

Ritratti: Matthew Tabone