L-Arka ta’ Noe jinsab magħluq għall-pubbliku b’effett immedjat bi prekawzjoni minħabba l-coronavirus.
Is-sid ħabbar dan filwaqt li saħaq li s-saħħa tiġi l-ewwel permezz ta’ post fuq Facebook.
Minħabba l-pandemija tal-coronavirus il-post se jkun qed jagħlaq b’mod temporanjament għall-pubbliku.
Is-sid skuża ruħu tal-inkonvenjenza, iżda qal li l-ewwel u qabel kollox tiġi s-saħħa ta’ familtu, it-tim tiegħu u l-istess viżitaturi.
Skont kif jiżvolġu l-affarijiet, l-Arka ta’ Noè se tkun qed tħabbar id-data tal-ftuħ mill-ġdid fil-ġimgħat li ġejjin permezz ta’ komunikat fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook.
//= $special ?>