Coronavirus Ekonomija Lokali

L-HSBC se jżomm miftuħa 5 fergħat

L-HSBC permezz ta’ stqarrija qalet li fis-seħħ minn għada se tkun qed topera biss minn ħames fergħat, dawn huma dak tal-Belt Valletta, il-Mosta, Tas-Sliema, Raħal Ġdid u r-Rabat Għawdex. Dawn il-miżuri ttieħdu għal żmien temporanju.

Il-Bank ħabbar li ħa din id-deċizzjoni biex iħares l-interess tal-ħaddiema iżda wkoll biex iħares l-interessi tal-klijenti. Infatti sar appell biex il-klijenti jżuru l-banek jekk tassew hemm il-ħtieġa.

L-istqarrija infatti kompliet billi fakkret li l-klijenti jistgħu jagħmlu użu mis-servizzji bankarji mill-ATM’s u mill-Internet Banking.