Coronavirus Internazzjonali Saħħa

L-Italja tirreġistra l-akbar ammont ta’ mwiet minn meta tfaċċa l-COVID-19

Il-każijiet jitilgħu għal 17,660

F’ġurnata waħda biss l-Italja mietu 250 persuna kawża tal-Coronavirus. Dan hekk kif il-każi ta’ persuni infettati b’dan il-virus issa tela’ għal 17,660.

Il-persuni li s’issa fiequ jammontaw għal 1,439, filwaqt li s’issa tilfu ħajjithom 1,266.