Coronavirus Lokali Saħħa

Numru ta’ Maltin jaslu lura mill-Italja

Waslu lura pajjizna aktar Maltin u Għawdxin li kienu llhom maqbudin fl-Italja min meta tħabbar lockdown mill-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte tard it-Tnejn filgħaxija.

Din it-titjira speċjali tal-Air Malta telqet mill-ajruport ta’ Ruma l-Ġimgħa filgħodu u waslet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għall-ħabta tal-11am.

L-ajruplan ma waqafx fejn normalment jieqaf iżda mar in-naħa ta’ wara tal-ajruport ….u wara li niżlu dawk abbord, persuni b’ilbies protettiv neħħew il-bagalji.

Hu mifhum li dan l-ajruplan qed jiġi disinfettat wara titjiriet ta’ dan it-tip.

Il-passiġġiera kollha se jkunu fi kwarantina obligatorja filwaqt li aktar titjiriet simili mistennija jġibu aktar Maltin mill-Italja fil-jiem li ġejjin.