Coronavirus Rugby Sport

Posposta wkoll Wales v Skozja

(Ritratt: EPA)

Il-logħbiet mis-Six Nations bejn Wales u l-Iskozja li kienet skedata għal għada, ġiet posposta minħabba t-tixrid kontinwu tal-coronavirus. Fi stqarrija, il-federazzjoni ta’ Wales qalet li żammet djalogu miftuħ u qed tkompli tieħu l-pariri fuq din il-problema. Huma komplew li ħadu d-deċiżjoni li fl-aħjar interess tal-partitarji, plejers u membri tal-istaff, jimxu mal-miżuri riċenti li ttieħdu madwar ir-Renju Unit u fl-industrija globali tal-isport.

Id-data l-ġdida tal-logħba mistennija titħabbar fil-jiem li ġejjin. Aktar kmieni lbieraħ, ir-Rugby Union ta’ Wales ħarġu stqarrija biex jgħidu li l-logħba se tintlagħab xorta, bid-deċiżjoni tinbidel ftit sigħat wara. B’hekk il-logħbiet skedati mis-Six Nations għal din il-ġimgħa  jiġigieri l-Italja kontra l-Ingilterra f’Ruma u Franza kontra l-Irlanda f’Pariġi ġew posposti.