Ambjent Lokali

Richard Bilocca mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għall-Wasteserv

Ritratt: DOI
Kap Eżekuttiv ġdid li se jidħol għal għadma iebsa fl-immaniġjar tal-iskart

Richard Bilocca, li kien imexxi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’dawn l-aħħar sentejn u nofs, ġie nnominat bħala Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv.

Din il-kariga li se tidħol fis-seħħ nhar it-Tnejn li ġej wara li rriżenja l-Kap Eżekuttiv, Tonio Montebello.

Jidher li se tkun għadma iebsa għal Bilocca wara li fl-aħħar jiem il-Ministru tal-Ambjent, Aaron Farrugia, kien ikkonferma li l-familji Maltin u Għawdxin għalxejn qed jisseparaw l-iskart, għaliex meta jasal fil-Maghtab, l-iskart kollu qed jitħallat.

L-impjant tal-Magħtab huwa mmexxi mill-istess Wasterserv.