Lokali Qorti

Sentenza sospiża għall-fattiga li serqet ċurkett ta’ min kien jimpjegaha

Mara ta’ 33 sena minn Nepal li taħdem bħala fattiga ġiet ikkundannata disa’ xhur ħabs sospiżi għal sentejn mill-Maġistrat Ian Farrugia wara li nstabet ħatja li serqet ċurkett mir-residenza ta’ persuna li kienet timpjegaha.

Shova Thapa, li ilha tgħix Malta għal din l-aħħar sena kienet bdiet taħdem bħala fattiga f’residenza privara f’San Ġwann. Minkejja li hija dejjem ċaħdet l-akkużi miġjubin kontriha, l-Prosekuzzjoni ppruvat il-każ tagħha fejn iċ-ċurkett instab San Pawl il-Baħar, fil-post fejn toqgħod Thapa.

Iċ-ċurkett li jiswa €400 kien insteraq bejn is-26 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu li għadda, meta sid ir-residenza ndunat li dan kien naqas. Wara li nstab iċ-ċurkett Thapa għaddietu lura lill-impjegata tagħha. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Xerri filwaqt li l-Avukat Joseph Calleja ddeffenda lill-akkużata.